“Din is-sitwazzjoni qed turi d-dgħufija tal-awtoritajiet ta’ pajjiżna hekk kif l-operaturi tad-deckchairs qed jimlew Kemmuna bid-deckchairs minn kmieni filgħodu qabel ma jaslu t-turisti.”
Dan ġie rrappurtat f’artiklu f’The Malta Independent – b’referenza għal dak li qal il-Moviment Graffitti ftit tal-ġimgħat ilu – wara li operatur tad-deckchairs irrifjuta li jwieġeb għaliex il-bajja kienet mimlija deckchairs minn kmieni filgħodu saħansitra qabel ma jibdew jaslu it-turisti.
Wara li dan l-operatur ġie mistoqsi għal darba darbtejn u qal li m’għandu l-ebda kumment x’jagħti, hu spiċċa ħarab minn quddiem il-ġurnalist.
Dan huwa l-oppost ta’ dak li qal l-Ministru Clayton Bartolo f’April li għadda meta stqarr illi dan is-sajf se jkun hemm 35% biss tad-deckchairs li kien ikun hemm fi snin preċedenti.
Madanakollu wasal is-sajf u l-bajja ta’ Kemmuna qed tkun fgata bid-deckchairs minn kmieni filgħodu; bis-sitwazzjoni tibqa’ l-istess.
Barra minn hekk, ix-xahar li għadda fi stqarrija il-Moviment Graffitti sostna li din is-sitwazzjoni hija ferm diżgustanti.
Dan għaliex minkejja l-protesta u l-azzjonijiet kollha li ħadu, dawn l-operaturi qed jitħallew jagħmlu li jridu bil-barka tal-awtoritajiet.
Dan kollu huwa ta’ tħassib kbir għaliex qed tidher biċ-ċar id-dgħufija tal-Gvern quddiem it-theddida kbira għall-ambjent naturali ta’ pajjiżna.
//= $special ?>