Futbol Sport

Kwalifikazzjoni drammatika għal Gżira United wara l-għoti tal-penalties

(Gżira United)

GLENTORAN………..1 (3) (13)

GŻIRA UNITED………1 (3) (14)

Glentoran: A.McCarey, R.Marshall, A.Wilson,L.McCullogh, D. O’Conchubhair (L.Boyd 90′), N.McGinn (J.Donnelly 70′), F.Sule, B.Burns, J.Singleton, J.Ogedi-Uzokwe (R.Walsh 79′), R.Donnelly (J.Jenkins 106′)

Gżira U: D.Cassar, Z.Scerri, J.Mendonza, Thiaguinho, M.Dias, C.Chaba, Macula (R.Esaka 89′), F.Romero, Wilkson, B.Borg, Ewertton (A.Borg 77′)

Imwissija: D.Cassar 63′, J.Mendoza 90′, F.Romero 100′ (GŻI) , R.Donelly 70′, J.Donelly 90′, A.Wilson 90′ , F.Sule 90′ (GLE)

Skorjaw: L.Macula 66′, B.Burns 90+13′

Referee: Sigurd Kringstad

Assistenti Referees: Øystein Ytterland, Runar Langseth

Gżira United ikkwalifikaw għat-tieni rawnd tal-kwalifikazzjoni għall-UEFA Conference League b’rebħa kontra Glentoran wara 120 minuta logħob u għoti tal-penalties, hekk kif l-iskor kien ta’ 1-1 wara 90 minuta biż-żewġ gowls jaslu fit-tieni taqsima. L-iskor finali bejn iż-żewġ logħbiet kien ta’ 3-3, b’Gżira jegħlbu lill-avversarji tagħhom bil-penalties bl-iskor sorprendenti ta’ 14-13.

Penalty għal Glentoran fis-17-il minuta mogħti minn Burns kien l-ewwel ċans ta’ gowl fil-partita, b’xorti tajba għal Maroons, il-midfielder jitfa’ barra b’konklużjoni b’saħħita u l-iskor jibqa’ 0-0.

L-ewwel taqsima nieqsa mill-azzjonijiet perikolużi, b’Glentoran bil-possibiltà li jmorru fil-vantaġġ mill-penalty ta’ Burns, filwaqt li Gżira jbatu sabiex jikkrejaw l-opportunitajiet.

Gżira United marru fil-vantaġġ fis-66 minuta permezz ta’ Lucas Macula minn kontrattakk ta’ Ewertton mix-xellug, wara li l-ewwel konklużjoni tiegħu ħabtet mal-minduda u l-ballun spiċċa f’saqajn il-plejer ta’ Gżira, bil-midfielder ma jaħfirx u jixħet ġewwa.

Fit-73 minuta Glentoran b’ċans li jiksbu d-draw minn xutt fil-baxx ta’ Sule, bil-goalkeeper Cassar isalva tajjeb u jitfa’ barra għall-korner.

Save impekkabbli ieħor ta’ Cassar fit-80 minuta minn xutt potenti minn barra l-kaxxa tal-midfielder Burns.

Gżira United ħelsuha ħafif hekk kif fil-95 minuta Glentoran sabu x-xibka għall-gowl tad-draw, madankollu r-referee Kringstad wara konsultazzjoni tal-VAR ħassar il-gowl hekk kif l-awtur tal-gowl Donnelly kien jinsab f’pożizzjoni rregolari.

Wara 13-il minuta ta’ pressjoni u attakki minn Glentoran fil-ħin miżjud fuq id-difiża qalbiena ta’ Gżira, it-tim mill-Irlanda ta’ fuq kiseb d-draw mirakulużament permezz ta’ Bobby Burns minn suġġeriment ta’ Wilson, biex b’hekk permezz il-partita marret għal ħin barrani.

Wara l-gowl tad-draw, il-kowċ ta’ Gżira United Darren Abdilla ntwera l-karta ħamra wara li pprottesta mar-referee.

David Cassar għal darb’oħra l-eroj ta’ Gżira United fil-ħin barrani b’żewġ saves fil-101 minuta minn konklużjoni doppja tal-attakkanti ta’ Glentoran.

Wara nofsija logħob fil-ħin barrani, l-iskor baqa f’parità ta’ 1-1 bil-partita tmur għall-għoti tal-penalties.

J.Texeira (x2), J.Mendoza (x2), Z.Scerri (x2), J.Esaka, B.Borg, C.Chaba, F.Romero, Espindola, A.Borg, M.Dias, D.Cassar, skorjaw għal Gżira United.

J.Donnelly (x2), L.McCullough (x2), L.Boyld, J.Jenkins, B.Bonds, R.Walsh, R.Marshall, F.Sule, A.Wilson, J.Singleton, A.McCareys korjaw filwaqt li fit-tieni prova tiegħu Boyld falla għal Glentoran

Gżira United issa se jaffrontaw lil Dudelange mill-Lussemburgu fir-rawnd li jmiss hekk kif għelbu lil Vikingur Reykjavik bl-iskor aggregate ta’ 5-3.