In-negozji huma mħeġġa biex japplikaw għal wieħed mit-18-il premju tal-Malta Business Awards 2023. Fejn il-Malta Chamber of SME’s, jorganizzaw lejl fejn jiġu ċċelebrati l-inizjattivi u l-kisbiet tan-negozji Maltin.
In-negoziji għandhom l-opportunità li japplikaw għal aktar minn premju wieħed fi ħdan 4 kategoriji; Distinct Initiatives, Green Ambassadors, Celebrating Business and Business Innovation.
Il-premjijiet fil-kategorija Distinct Initiaitves jirrikonoxxu in-negozji li juru livell ogħla ta’ għarfien u sforzi proattivi għat-titjib tal-komunità u tal-partijiet ikkonċernati. Fejn il-premjijiet jinkludu;
- Leader in Inclusivity
- Social Impact Award
- Leader in Mental Health Wellness
- Customer Service Excellence
- Local Cultural Contributor
Il-kategorija tal-Green Ambassadors tħares lejn in-negozji li jagħtu prijorità lill-impatt tagħhom fuq l-ambjent u ħadu passi azzjonabbli f’diversi oqsmabiex jindirizzaw dan it-tħassib. Il-premjijiet huma:
- Best Waste Management Strategy
- Green Transport Initiative
- Leader in Sustainable Energy & Water Initiatives
- Innovative Sustainable Business Award
- Project Green Award
Il-kategorija Celebrating Business tirrikonoxxi n-negozji għall-kisbiet notevoli tagħhom u għandha l-għan li trawwem is-suċċess tan-negozju fost diversi kategoriji u tipi ta’ negozju. Il-premjijiet jinkludu:
- Gozo Business of the Year
- SME of the Year
- Young Entrepreneur of the Year (up to 35 years)
- Female Entrepreneur of the Year
- Family Business of the Year
Il-kategorija tal-Business Innovation tirrikonoxxi n-negozji għall-kapaċitajiet innovattivi tagħhom, il-kapaċità tagħhom li jivvintaw lilhom infushom mill-
ġdid, u li jmexxu t-triq biex jagħmlu dan. Il-premjijiet huma:
- Start-up Business of the Year (up to 5 years)
- Leader in Quality Tourism
- Innovative Digital Solution
In-negozji huma mħeġġa japplikaw għal premju wieħed jew aktar, billi japplikaw sa nhar it-Tnejn 31 ta’ Lulju.
Madanakollu, l-applikanti magħżula se jitħabbru fl-11 ta’ Settembru, filwaqt li l-finalisti se jitħabbru fit-30 ta’ Ottubru. L-aħħar lejla se ssir fl-1 ta’ Diċembru 2023.
