Internazzjonali

L-Iżvezja: Tikkundanna l-attakk fuq l-Ambaxxata ta’ Bagdad

Il-Gvern Żvediż talab spjegazzjoni mingħand l-Ambaxxata tal-Iraq fi Stokkolma wara li l-Ambaxxata tal-Iżvezja f’Bagdad ingħatat in-nar minn grupp ta’ fanatiċi reliġjużi matul il-lejl tal-Erbgħa u l-Ħamis.

L-azzjoni qed tidher bħala reazzjoni għall-każijiet riċenti fl-Iżvezja fejn kopji tal-Koran – il-ktieb qaddis tal-Musulmani – ingħataw in-nar jew spiċċaw vandalizzati fil-pubbliku bħala ‘forma ta’ stqarrija politika’.

Intant, l-Ambaxxata Żvediża spiċċat attakkata mis-sostenituri tal-Kap reliġjuż Iraqi, Moqtada al-Sadr, fost rapporti li kellha ssir ‘dimostrazzjoni oħra ta’ żebligħ tal-Koran’ waqt xi avveniment fl-Iżvezja.,

Il-Ministru Żvediż għall-Affarijiet Barranin, Tobias Billstrom, ikkundanna bil-qawwi l-aggressjoni fuq  l-Ambaxxata ta’ Bagdad u sostna li l-Gvern tiegħu iqis l-azzjonijiet ta’ dan it-tip bħala ‘totalment inaċċettabli u kundannabbli, irrispettivament miċ-ċirkustanzi’. “