Lokali Qorti

Minorenni mixli li ħarab mill-Caritas u għamel ħsara fuq monitor fl-isptar Mater Dei

Minorenni ta’ 15-il sena nżamm arrestat wara li ġie mixli li fid-29 ta’ Ġunju li għadda ħarab minn ġewwa tal-Ibwar Ċentru Terapewtiku għall Adoloxxenti mmexxi minn Caritas Malta fis-Siġġiewi u li fis-16 ta’ Lulju għamel ħsara li tikkonsisti f’eluf ta’ ewro fuq monitor li jinsab fl-isptar Mater Dei.

Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Paul Camilleri u Antonello Magri qalet lill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit li fit-28 ta’ Ġunju li għadda ż-żagħżugħ kien tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Marsanne Farrugia, iżda l-arrest tiegħu ma kienx ikkonvalidat minħabba nuqqas ta’ informazzjoni. Huwa kien qed jgħix f’ċentru għar-riabilitazzjoni kontra d-droga u l-għada li tressaq il-Qorti kien ħarab mill-post.

Kienet saret tfittxija intensiva fil-konfront tiegħu fejn finalment kien instab u spiċċa arrestat fil-Marsa fis-16 ta’ Lulju. Mal-arrest tiegħu kien beda jilmenta li qed iħoss uġiegħ f’sidru u ttieħed l-emerġenza ta’ l-isptar Mater Dei.

Kif kien hemm kisser screen li jintuża għal kura tal-pazjenti għad-dannu tal-Gvern, u dan kollu għax ried sigarett. Il-ħsara li saret fuq dan l-apparat hija stmata li tiswa’ aktar minn 2,500 ewro.

L-għada niżel fil-canteen ta’ l-isptar u beda jpejjep sigarett fejn kien eskortat minn Pulizija u żewġ carers, u f’mument minnhom aljena lill-Pulizija u ħarab mill-isptar. Reġgħet bdiet tfittxija għal dan it-tifel fejn saret talba wkoll minn fuq il-media soċjali biex jinstab.

Wara nstab il-Qawra fejn kien qed jgħix on and off ma tfal oħra. Il-Qorti wara li qalet li kienet semgħet biżżejjed fuq il-każ, semgħet lid-difiża tgħid li ma kellha l-ebda l-oġġezzjoni dwar l-arrest li ġie kkonvalidtat,.

It-tfajjel ġie mixli wkoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-Qorti tal-Maġistrati u li għamel offiża fuq Surġent tal-Pulizija. L-avukati Mario Mifsud u Nicholas Mifsud dehru għall-akkużat.