Lokali

“Pass ieħor ‘il quddiem biex insiru nafu s-sewwa” -PN

Fi stqarrija il-Partit Nazzjonalista qal li fid-dawl tad-deċiżjonijiet mill-Qorti tal-Appell, il-partit qed jilqa’ ċ-ċaħda tat-talba ta’ Steward għal referenza fil-Qorti Ewropea.

Il-Partit Nazzjonalista tenna li tajjeb li niftakru li s-sentenza mogħtija fi Frar li għadda mill-Prim’Awla,il- Qorti Ċivili kienet iddikjarat li l-konċessjoni għat-tmexxija tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex, l-Isptar San Luqa u l-isptar Karin Grech kienet imċappsa bi frodi f’kull stadju tal-proċess.

Grazzi għall-istess kawża li kien fetaħ id-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia l-konċessjoni ġiet annullata u l-isptarijiet ġew ritornati għand il-poplu Malti.

Il-Partit Nazzjonalista jilqa’ wkoll iċ-ċaħda tat-talbiet ta’ Steward u l-Gvern biex ittelgħu provi ġodda.

L-appell tal-Partit Nazzjonalista fil-mument jibqa’ biex ma jibqax ikun hawn xkiel, u nħallu l-Qorti taqdi dmirha, biex minnufih flus il-poplu tassew jirritornaw għand il-poplu Malti u Għawdxi.