“Illum huwa ċar għal kulħadd li Robert Abela falla”. Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech. f’post fuq il-midja soċjali hekk kif jidher ċar li Abela tilef id-direzzjoni tiegħu.
Bernard Grech qal ukoll li l-kliem fieragħ, press conference finta u r-ritratti sbieħ ma sarrfux f’politilka għaqlija bi pjan, hekk kif il-Prim Ministru mhux biss maqtugħ min-nies imma anke mir-realtà li qed ngħixu fiha.
Hu kompla jtenni li mingħajr investiment bi pjan kollox qed iċedi taħt il-piż tal-poplazzjoni li qed tiżdied bl-eluf kull xahar. Tant hu hekk, li l-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku (il-cables u l-wires), it-toroq, l-isptar, l-iskejjel u l-ispazji pubbliċi mhux qed ilaħħqu – aħseb u ara fi ftit snin oħra meta l-popolazzjoni titla’ u taqbeż it-800,000 ruħ.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista għalaq billi tenna li Malta jixraqila tmexxija serja u bi pjan.
//= $special ?>