Lokali

Robert Abela jibqa’ maqtugħ mir-realta’

Robert Abela għandu jieqaf jinsulenta l-intelliġenza tal-poplu

Fi Stqarrija, l-Partit Nazzjonalista qal li Robert Abela qiegħed jemmen il-gideb tieghu stess meta f’intervista li kellu lbieraħ qal li s-soċjetà ġabet lill-familja ta’ Jean Paul Sofia tallaba għal xi ħaġa li għandhom dritt għaliha. Huwa veru li l-familja kellha dritt li jkun hemm Inkjesta Pubblika ħalli toħroġ il-verità kollha u ssir ġustizzja sħiħa, imma kien Robert Abela u d-deputati tiegħu li vvutaw fil-Parlament kontra dan id-dritt tal-familja.