Futbol Sport

Tazza tad-Dinja tan-Nisa: L-Awstralja jibdew b’rebħa kontra l-Irlanda

(Ritratt: EPA)

Grupp B:

AWSTRALJA…………..1

IRLANDA……………….0

Bħal New Zealand, l-Awstralja bdew l-impenji tagħhom fit-Tazza tad-Dinja b’rebħa ta’ 1-0 fuq l-Irlanda, f’partita li ntlagħabet fi Stadium Australia f’Sydney.

L-Awstraljani skorjaw il-gowl tar-rebħa fid-59 minuta minn peanlty mogħti minn Stephanie Catley wara li l-attakkanta tal-Irlanda Marissa Sheva waqqgħet fil-kaxxa lil Hatley Raso. Mill-11-il metru Catley b’xutt mill-isbaħ fl-angolu tax-xibka għelbet għal kollox lil Brosnan biex irregalat tliet punti importanti lill-Awstralja fl-ewwel logħba ta’ Grupp B.

Riżultati:

Grupp A – New Zealand 1-0 Norveġja

Grupp B – Awstralja 1-0 Irlanda

Għada:

Grupp B – 4:30am – Niġerja vs Kanada

Grupp A – 7am – Filippini vs Żvizzera

Grupp C – 9:30am – Spanja vs Kosta Rika