Grupp A:
NEW ZEALAND………1
NORVEĠJA…………….0
Hekk kif ingħata bidu għat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa, li qed issir fi New Zealand u l-Awstralja, wara ċ-ċerimonja tal-ftuħ fl-Eden Park, f’Auckland, New Zealand għelbu lin-Norveġja 1-0 b’gowl ta’ Hannah Wilkinson fit-48 minuta.
Il-Ferns, kellhom ċans jirdoppjaw fid-90 minuta hekk kif wara li kkonsultat mal-VAR, ir-referee Ġappuniża Yoshimi Yamashita ordnat penalty għal handsball ta’ Tuva Hansen. Madankollu Ria Percival mill-11-il metru rat il-konklużjoni b’saħħitha tagħha tistampa mal-mimduda biex wara disa’ minuti ta’ ħin miżjud l-iskor baqa’ ma nbidilx u New Zealand ħadu tliet punti fl-ewwel partita ta’ Grupp A.
//= $special ?>