Lokali

Tifel ta’ sentejn fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ fi blokka ta’ appartamenti

Ilbieraħ fit-8pm, iddaħħal l-Isptar Materi Dei wara li waqa’ fi blokka ta’ appartamenti fil-Ponta ta’ Tigne, f’Tas-Sliema.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li assista lit-tifel, fejn wara ttieħed l-isptar b’ambulanza. Hu ġie ċċertifikat li qed isoffri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa, Gabriella Vella ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.