Sensazzjoni ta’ rabja kbira fost il-poplu hekk kif amont kbir ta’ residenti reġgħu esperjenzaw qtugħ ta’ dawl fi djarhom, b’uħud minnhom anka mingħajr ilma.
Min esperjenza qtugħ ta’ dawl għal aktar min 14-il siegħa waqt li oħrajn ilhom 3 iljlieli bla dawl. Bosta ikumentaw fuq il-pjataforma soċjali ta’ Facebook biex juru diżżapunt tagħhom lejn il Gvern, bosta jgħidu li spiċċajna ngħixu f’pajjiż tal-mistħija.
Persuni ikumentaw li spiċċaw anka bla karozza għax ma jistgħux jiċċarġjaw il-karozza tagħhom tal-eletriku.Waqt li oħrajn isaqsu min se jikkumpensagħhom għal ikel li se jarmu wara li ilhom 13-il siegħa bla dawl u l-ikel li kellhom fil-freezer sar ilma.
Fost l-irħula milquta b’ħin twil bla dawl hemm iż-Żurrieq li dal-lejl esperjenza it-tieni lejl infila bla dawl kif ukoll Santa Venera li ilhom 13-il siegħa bla dawl wara li kienu esperjenzaw qtugħ fis-servizz tal-elettriku it-Tnejn u t-Tlieta.
Oħrajn li esperjenzaw kemm qtugħ fid-dawl kif ukoll tal-ilma… jikkumparaw lil pajjiżna ma pajjiż tat-tielet dinja. Bosta jikkumentaw li l-inkonsistenza fis-servizz tal-elletriku għamel ħsara lill-appliances fosthom l-arja kundizzjonata.
Fost dawk milquta kien hemm ukoll nies li jinsabu morda kif ukoll dawk li għadejin bit-terapija tal-chemo, huma lmentaw li ma jistgħux jorqdu bis-sħana qawwija fl-aktar żmien li għandhom bżonn il-mistrieħ.
L-istqarrija tal-Enemalta li l-qtugħ ta’ dawl mhux dovut liż-żieda fil popolazzjoni, iżda lil ħsarrat f’seba’ cables kienet ikkaġunata mis-sħana estrema, ma’ tantx qed jitwemmen hekk kif bosta qed jilmentaw li l-gvern ma jistax jibqa sejjer f’din id-direzzjoni ta’ żieda kbira ta’ bini kif ukoll żieda ta’ nies jgħixu Malta. Uħud ikkumentaw li l-istqarrijiet li qed toħroġ l-Enemalta huma daħq fil-wiċċ u insult lil dawk li jriedu jkomplu bil-ħidma tagħom wara lejl bla-mistrieħ.
Oħrajn ikkumentaw li pajjiżi oħra li jesperjenzaw temperaturi estremi bħal Dubaj ma jesperjezawx dan il-qtugħ ta’ servizz għal tul ta’ ħin bħall Malta. Waqt li kummenti oħra talbu lil-Gvern biex jieħu lura l- kontrol tal-pajjiż għax Għawdex bħal Malta għaddejja minn mewġa ta’ sħana kbira u ma kellhomx problema ta’ qtugh ta’ dawl.
Is-sentiment ta’ rabja u diżapunt qed jinħass ukoll kemm mir-residenti barranin kif ukoll mit-turisti li jżuru lil Malta regolarment, b’uħud jikkumentaw kif din il-gżira marret lura tul dan l-aħħar għaxar snin. Kummenti fuq il-pjattaforma jgħidu li kemm is-servizz tal-elettriku, kemm is-servizz tat-trasport pubbliku kif ukoll l-indafa haddu tisbita kbira u Malta ma għadiex post ideali li tmur għall vaganza.
//= $special ?>