Anzjan ta’ 68 sena residenti l-Marsa weġġa’ gravi wara li nqabad bejn żewġ karozzi f’Ħaż Żabbar.
L-inċident seħħ il-Ġimgħa filgħodu għall-ħabta tat-7:45 fi Triq Caligari.
Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li l-anzjan weġġa’ wara li nqabad bejn vettura misjuqa minn żagħżugħ ta’ 21 sena residenti Ħaż Żabbar u vettura oħra li kienet ipparkjata.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>