Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-probabbilità li partijiet mill-istess prodott jinkisru u joħolqu riskju ta’ soffokazzjoni.
Dan il-prodott jittiekel bħal-lolipop li titħallat mat-trab ħelu. Parti minnha tista’ tinkiser minn mal-għatu u jinħoloq ir-riskju li partijiet tal-plastik laxki jew miksurin jispiċċaw f’ħalq it-tfal.
Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | Cup Cake Candy | |
Ditta: | Funny Candy | |
Lottijiet involuti: | KD2349-12-21 KD2577-03-22 KD2828-06-22 KD2972-07-22KD3251-08-22 | |
Użin: | 40g |

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 21337333 mit-8:00am sas-2:30pm jew jibgħat email fuq admin.ehd@gov.mt.
//= $special ?>