Meta tkompla t-Tour de France, it-18-il stadju kien bejn Moutiers u Bourg-en-Bresse fuq distanza ta’ 166 kilometru. Fl-ewwel post daħal id-Daniż għal Soudal Quick Step, Kasper Asgreen bi sprint f’4 siegħat, 6 minuti u 48 sekonda.
Bl-istess ħin it-tieni post ingħata lil Pascal Eenkhoorn tal-Olanda għal Lotto Dstyn u fit-tielet post in-Norveġiż Jonas Abrahamsen għal Uno X-Pro Cycling Team.
Jonas Vingegaard saħħaħ postu fl-ewwel post fil-klassifika ġenerali. Jonas Vingegaard għamel total ta’ 72 siegħa, 4 minuti u 39 sekonda fuq 2,795 kilometri. Fit-tieni post baqa’ Tadej Pogacar tas-Slovenja b’distakk ta’ 7 minuti u 35 sekonda filwaqt li fit-tielet post hemm il-Britanniku Adam Yates għal UAE Team Emirates b’distakk ta’ 10 minuti u 45 sekonda.
Meta ninsabu tlett stadji minn tmiem it-Tour de France, id-19-il prova hija fuq distanza ta’ 173 kilometru minn Moirans – en – Montagne sa Poligny.
//= $special ?>