Sport Sport Ieħor

Clevion Micallef ikkonfermat kowċ ta-tim nazzjonali Malti tal-Blackball

Il-Federazzjoni Maltija tal-Blackball ħabbret li estendiet il-kuntratt tal-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Clevion Micallef.

Micallef, li ilu jmexxi lit-tim Malti għal dawn l-aħħar erba’ snin, wettaq xogħol siewi filwaqt li taħt il-gwida tiegħu għen lit-tim jasal sal-kampjonati Ewropej u dawk tad-dinja filwaqt li l-plejers tat-tim nazzjonali kisbu bosta suċċessi.

Clevion Micallef hu magħruf ukoll bħala kowċ li jagħti motivazzjoni lill-plejers tiegħu u se jkun qed imexxi lit-tim għall-Kampjonat tal-Ewropa 2023 li se jsir hawn Malta f’Novembru ta’ din is-sena.

Sadanittant wara r-ranking tournaments li għaddejjin bħalissa, saru magħrufa xi plejers li se jgħamlu parti mit-timijiet nazzjonali tal-Federazzjoni Maltija tal-Blackball.