Futbol Sport

Donnarumma u s-sieħba tiegħu misruqa f’darhom f’Pariġi

(Ritratt: EPA)

Matul il-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa, il-gaolkeeper tat-tim nazzjonali Taljan u ta’ PSG Gianlugi Donnarumma flimkien mas-sieħba tiegħu Alessia Elefante, kienu attakkati u misruqa f’darhom f’Pariġi. Qed ikun irrappurtat li huma kienu marbuta minn diversi persuni u ġew misruqa l-ammont li jlaħħaq in-nofs miljun ewro.

Il-koppja rnexxilhom jaħarbu mill-post u sabu kenn f’lukanda fil-qrib għall-ħabta tat-3:20am. Huma ttieħdu wkoll fi sptar għax-xokk li ġarrbu filwaqt li l-pulizija fetħet investigazzjoni dwar din is-serqa u kkonfermaw li għaddejja tfittxija għall-aggressuri.