Mara ta’ 66 sena qed tissielet għal ħajjitha wara li ttajret minn karozza fi Triq il-Wied, Birkirkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12:30pm.
Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-mara minn Birkirkara stess ittajret minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 33 sena mill-Furjana.
Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet serjament.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
