Ħaddiem ta’ 42 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident li seħħ ilbieraħ wara nofsinhar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4:30pm f’impjant tal-Wasteserv, fil-limiti tal-Magħtab.
Skont il-Pulizija, il-ħaddiem inqabad bejn makkinarju industrijali u gaffa illi kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 53 sena residenti l-Mellieħa. Aktar tard, ir-raġel – li hu mill-Qrendi – ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol
għadhom għaddejjin.