Il-Kap tal-PN kiteb lill-Gvern u lill-ispeaker tal-Kamra sabiex għada l-Parlament jitlaqqa’ b’mod urġenti u tiġi diskussa l-kriżi tal-enerġija li qed jaffaċja l-pajjiż.
F’messaġġ lin-nazzjon, Bernard Grech insista li l-poplu għandu dritt ikun jaf il-verità u jingħata spjegazzjoni.
Hu spjega kif bħalissa eluf ta’ anzjani, tfal, familji u negozji qed ibatu minn din is-sitwazzjoni. U huwa biss il-PN li qed jisma’ l-karba tan-nies.
“Robert Abela u Miriam Dalli huma assenti. Iżda aħna se nibqgħu nagħmlu pressjoni biex in-nies ikollhom il-kwalità tal-ħajja li tixraq”, stqarr Bernard Grech.
//= $special ?>