Lokali Parlament

IL-KRIŻI NAZZJONALI TAD-DAWL: Robert Abela ma jridx ilaqqa’ l-Parlament b’urġenza

Minkejja t-tbatija kollha li qed jaffaċjaw in-nies bħalissa, Robert Abela xorta ma jridx ilaqqa’ l-Parlament b’urġenza sabiex tiġi diskussa din il-kriżi nazzjonali.

Dan ikkonfermah hu stess ftit tal-ħin ilu wara domandi li saru mill-ġurnalisti.

Aktar kmieni illum, il-Kap tal-PN Bernard Grech kiteb lill-Gvern u lill-ispeaker tal-Kamra Anglu Farrugia sabiex għada l-Parlament jitlaqqa’ b’mod urġenti u tiġi diskussa l-kriżi tal-enerġija li qed jaffaċja l-pajjiż. Iżda Abela – anke f’dan il-każ – qed jibqa’ stinat u jwebbes rasu.