“Grazzi lill-ħaddiema, imma mhux lilek Ministru. Dan management by crisis”.
Huwa dan is-sentiment espress mill-poplu fuq il-media soċjali wara l-pajjiż tħalla fi kriżi kaġun tal-qtugħ regolari fil-provvista tal-enerġija.
Ħafna persuni qalu li l-Ministru Miriam Dalli falliet. Oħrajn insistew li Robert Abela għadu kriżi oħra f’ħoġru illi mhux kapaċi jsolviha. Dan wara ħafna ftaħir dwar investiment ta’ miljuni; investiment li sfuma fix-xejn, bin-nies jitħallew fis-sħana f’nofs heatwave.
“Erfa r-responsabbiltà u irriżenja”, kitbet persuna oħra fuq Facebook.
Xi ħadd ieħor stqarr li Miriam Dalli kellha tindirizza lin-nazzjon permezz ta’ konferenza tal-aħbarijiet, filwaqt li l-Gvern għandu jikkumpensa lill-familji milquta. “Il-ħaddiema fantastiċi, imma int u sħabek fallejtu”, stqarret persuna oħra fuq il-media soċjali, fost baraxx ta’ kummenti u kritika diretta lejn il-Gvern.
//= $special ?>