Atletika Sport

Imħabbar Team Malta għall-Festival Olimpiku taż-Żgħażagħ Ewropej (EYOF)

Il-Kumitat Olimpiku Malti ħabbar il-kontinġent li se jkun qed jirrapreżenta lil Malta f’Maribor, is-Slovenja bejn it-23 u d-29 ta’ Lulju għal Festival Olimpiku taż-Żgħażagħ Ewropej maghruf bħala EYOF fejn Malta se tkun qed tikkompeti fl-Atletika.

Immexxi mid-Direttur taż-Żgħażagħ tal-KOM Johanna Grech, il-kontinġent se jkun magħmul minn Isaac Bonnici, Jeremy Cassar u Matthew Galea Soler. Dan tal-aħħar kiteb l-istorja għal atletika lokali s-sena l-oħra meta rebaħ midalja tal-Bronż fit-tiġrija tal-400m, f’ħin ta’ 48.84 biex sar l-ewwel atleta Malti li rebaħ midalja f’dawn il-Logħo,. Jakkumpanja l-kontinġent se jkun hemm il-kowċ tal-atletika Mario Bonello.

L-ewwel atleti li jer jikkompetu se jkunu Isaac Bonnici u Matthew Galea Soler li se jibdew jikkompetu fl-24 ta’ Lulju meta jsiru l-heats għat-800m u l-400m. Jeremy Cassar se jidħol fl-azzjoni fil-25 ta’ Lulju bil- kwalifikazzjoni tal-long jump.

Matthew Galea Soler se jkun qed iġorr il-bandiera Maltija waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ fit-23 ta’ Lulju.