Il-Partit Laburista ta’ Keir Starmer ġab il-maġġoranza tal-voti f’Selby u f’Ainsty wara li l-poplu Ingliż ivvota favur Keir Mather biex jirrapreżentahom bħala Membru Parlamentari f’Westminster.
Mather, li għandu biss 25 sena, rebaħ il-fiduċja tan-nies b’16,456 vot, b’Claire Holmes mill-Partit tal-Konservattivi ġabet 12,295 vot, jiġifieri madwar 4,000 vot inqas.
Dan ir-riżultat ifisser li għall-ewwel darba fl-istorja, il-Partit Konservattiv mhux se jkun qed jirrapreżentahom, bħalma rajna sa mill-2010.
Dan il-vot ittieħed bħala by-election wara li Nigel Adams irriżenja mill-House of Commons.