Internazzjonali

L-Olanda: Daqshekk ‘cruise ships’ f’Amsterdam bl-awtoritajiet jippruvaw jibdlu d-dehra tal-kapitali

Il-Kunsill ta’ Amsterdam’s mhux jippermetti d-dħul tal-cruise ships fiċ-ċentru tal-belt bħala parti mill-isforzi biex jillimita l-ammonti tan-nies u n-noise pollution fil-kapitali.

Il-politiċi qalu wkoll li dawn il-bastimenti mhumiex konfermi mal-ambizzjonijiet tal-Kunsill għas-sostenibbiltà – bis-sitwazzjoni twassal għall-għeluq tal-cruise terminal ċentrali mal-Waterfront ta’ IJ  qrib l-istazzjon tal-ferrovija ewlieni f’Amsterdam.

Jidher ukoll li l-awtoritajiet f’Amsterdam iridu jikkontrollaw aħjar lit-turiżmu tal-massa, bil-vapuri tal-cruises qed jitqiesu bħala simbolu tal-problema. Dan waqt li l-kunsill fil-kapitali anki qed jipprova jirranġa d-dehra tal-belt b’li jipprojbixxi t-tipjip tal-kannabis fit-toroq tar-red-light district.

Dan meta Amsterdam jibqa’ fost l-aktar ċentri popolari għaż-żgħażagħ minn madwar id-dinja li jridu jiddevertu bħala gruppi waqt il-parties — u meta l-belt kull sena tirċievi medja ta’ 20 miljun turist.