Lokali

L-unika soluzzjoni tal-Enemalta: Tibgħat messaġġi biex tfakkrek li tinsab bla elettriku

Wara jiem u iljieli sħaħ mimlijin b’nervi bla ebda mistrih mis-sħana qawwija li qed tagħmel, l-unika soluzzjoni li sabet l-Enemalta kienet li tibgħat messaġġi tfakkrek li tinsab bla dawl… F’każ li ma tkunx indunajt li ilek is-sigħat bla elettriku u bla AC.

B’oħrajn jirċievu messaġġi li se jkollhom jistennew sigħat sħaħ fuq li diġà stennew sakemm l-elettriku jiġi lura, b’wieħed ħin kollu fuq moħħu min jaf x’ħin se jerġa’ jinqata’ u jekk hux se jkollu lejl ta’ mistrih.