F’post fuq Facebook, il-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola appellat lill-Gvern biex minnufih jieħu azzjoni dwar il-qtugħ ta’ dawl kontinwu li qed naraw f’pajjiżna hekk kif dan qed iwassal għal telf kbir għan-negozji, ġenituri li ma jistgħux iħallu lil uliedhom fis-sħana ta’ bħalissa, anzjani li qed jispiċċaw bla nifs f’darhom, u oħrajn li ħajjithom tiddependi fuq mediċina li tinżamm fil-fridges u fuq apparat mediku u elettroniku li jaħdem bid-dawl.
Roberta Metsola qalet li “l-Gvern falla. Falla fl-immaniġġjar tat-traffiku, fl-ippjanar u l-iżvilupp, fl-elettriku, fl-infrastruttura. Falla li jsib is-soluzzjonijiet u jassigura li fis-sena 2023, in-nies ma jkollhomx jgħixu bla dawl. Falla fl-enerġija mix-xemx u f’soluzzjonijiet rinovabbli.”
Il-President tal-Parlament Ewropew fakkret li “pajjiż fid-dlam ma jistax jimxi ‘l quddiem.”
//= $special ?>