Sport Waterpolo

Sliema momentarjament fit-tieni post

Rebħiet għal Exiles u Marsaxlokk fl-Ewwel Diviżjoni

Rapport: Stewart Said

SLIEMA FRANK SALT…….. 21

MARSASKALA ESC………… 12

(3-4), (6-2), (6-2), (6-4)

Sliema Frank Salt komplew jibnu fuq ir-rebħa kontra Neptunes aktar kmieni din il-ġimgħa. Ir-rebħa kienet komda iżda mingħajr wirja spettakolari hekk kif iddominaw biss meta Marsaskala ċedew l-armi. B’din ir-rebħa s-Slimiżi telgħu momentarjament fit-tieni post tal-klassifika.

Doppjetta ta’ Edoardo Manzi ħasdet lil Sliema li fl-rwwel sessjoni waslu biss sa 3-3, b’Manzi reġa’ ta l-vantaġġ lil Marsaskala. Fit-tieni sessjoni, Mark Carani għamilhom 5-3 u dan il-gowl donnu qajjem lil Sliema. Erba’ gowls konsekuttivi taw vantaġġ ta’ 7-5 u għalkemm Manzi naqqas id-distakk, Liam Galea u Benji Cachia aċċertaw vantaġġ ta’ 9-6 fi tmiem it-tieni sessjoni.

Sliema kkonsolidaw il-vantaġġ u għamluha impossibbli għal Marsaskala biex jirkupraw. Andrija Prlainovic, Dmitrii Kholod, Jayden Cutajar u John Brownrigg kollha sabu x-xibka fit-tielet sessjoni. Huma komplew jikkontrollaw fl-aħħar sessjoni b’sitt gowls li waslu minn sitt plejers differenti.

Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta, L. Galea (2), J. Gambin, Z. Mizzi (1), B. Cachia (3), J. Cutajar (3), M. Mifsud, J. Brownrigg (1), D. Kholod (4), A. Prlainovic (4), D. Zammit (1), A. Bugeja, E. Schembri, S. Engerer (2)

Marsaskala: A. Muscat, J.C. Cutajar, G. Galea, P. Privitera, R. Greco, E. Manzi (5), K. Navarro, D. Tully (1), D. Pace Lupi, G. Sammut (2), J. Ciantar (1), M. Carani (1), J. Pace Mizzi, T. Sedlmayerm (1), F. Scardino (1)

Referees: Stefano Pinato, Richard Magri

EXILES WELBEE’S………. 19

BARRACUDAS…………… 14

(5-2), (4-3), (2-4), (8-5)

Exiles Welbee’s tħabtu biex għelbu lil Barracudas f’logħba li n-nuqqas tal-gowlkiper ta’ Exiles Matthew Castillo nħass mhux ftit. Barracudas kienu fil-logħba l-ħin kollu iżda ċedew meta ġie eskluż mil-logħba Radovan Latinovic.

Exiles kellhom vantaġġ ta’ 4-1 u 5-2 fl-ewwel sessjoni, liema vantaġġ kien mistenni li jibdew jikkonsolidawh. Barracudas irreżistew u naqqsu d-distakk għal 5-4 u 7-5 għalkemm Valentino Gallo u Max Aquilina għamluhom 9-5 sa tmiem it-tieni sessjoni.

Barracudas daħlu fil-logħba f’mument importanti hekk kif b’gowls ta’ Ivan Gusarov u Simon Apap naqqsu d-distakk għal 11-9 meta kien għad fadal sessjoni. It-tim ta’ Keith Grima Scott baqa’ jemmen u resaq 14-13 qrib sakemm Latinovic ġie eskluż bit-tielet fawl personali bi ftit aktar minn tliet minuti għat-tmiem. Exiles ħadu vantaġġ u aċċertaw mir-rebħa.

Exiles: M. Castillo, Z. Cutajar Licari (1), Z. Micallef, V. Gallo (7), G. Molina (1), S. Xerri de Caro, M. Fenech (1), K. Griscti (1), N. Paris (3), M. Martellacci (1), M. Aquilina (2), N. Saliba (2), F. Buhagiar, M. Paris Roding, L. Pursehouse

Barracudas: I. Schembri, A. Falzon, A. Magri, P. Micallef, L. Paris Roding, R. Sciortino, I. Gusarov, R. Latinovic, C. Bugeja, S. Apap, A. Mifsud, T.J. Mifsud, M. Borg, T. Perici Ferrante, W. Ruggier

Referees: Stefano Pinato, Stefan Licari

MARSAXLOKK BROWN’S….. 16

TA’ XBIEX AMIGOS…………… 14

(3-3), (5-3), (3-5), (5-3)

Marsaxlokk Brown’s laħqu temporanjament lil Birżebbuġa fil-quċċata tal-Ewwel Diviżjoni. Ir-rebħa kontra Ta’ Xbiex Amigos waslet b’diffikultà tant li għal ħafna ħin dehru li setgħu jitilfuha.

Ta’ Xbiex kellhom darbtejn il-vantaġġ fl-ewwel sessjoni iżda Nikola Moskov l-ewwel ikkanċella vantaġġ doppju biex imbagħad għamilhom 3-3. Marsaxlokk marru l-ewwel darba minn fuq fit-tieni sessjoni 7-5 wara tliet gowls konsekuttivi.

It-tim ta’ Stephen Rizzo kellu l-aħjar bidu possibbli għat-tielet sessjoni. Huma dawru r-riżultat għal 9-8 b’doppjetta ta’ Mattias Ortoleva u gowl ta’ Nico Schiavone.

Botta u risposta kkaratterizzat il-kumplament tas-sessjoni, bl-aħħar sessjoni tibda 11-11. Deċiżivi kienu tliet gowls konsekuttivi minn Moskov, Sasa Misic u Max Zammit li għamluha diffiċli għal Ta’ Xbiex biex jirkupraw.

Marsaxlokk: Mi. Farrugia, A. Aquilina, S. Mifsud, Ma. Farrugia (1), N. Moskov (7), J. Valletta, M. Zammit (2), M. Aquilina, R. Galea (3), S. Misic (1), E. Bonnici, L. Mallia, S. Mifsud, A. Cook (2), J. Pawley

Ta’ Xbiex: M. Vassallo, N. Schiavone (3), L. Montebello Brownrigg, L. Grech Carr, K. Grech, R. Mock (1), J. Saliba (1), K. Milakovic, U. Vasic (5), J. Culic, Z. Bartolo, J. Farrugia, G. Galea Curmi, M. Ortoleva (4), K. Agius

Referees: Alessandro Roberty, Peter Balzan