Sport Sport Ieħor

Table Tennis: Jintemmu l-impenji taż-żgħażagħ Maltin fil-Kampjonat tal-Ewropa fil-Polonja

Intemm il-Kampjonat tal-Ewropa taż-żgħażagħ tat-table tennis fil-belt ta’ Gliwice fil-Polonja.

Il-plejers Maltin kienu fl-azzjoni għall-aħħar darba fejn tilfu l-partiti kollha li lagħbu fil-kategoriji singles u doubles fejn Oliver Farrin Thorne, Neil Incorvaja, Sebastian Farrin Thorne, Matthew Zammit, Sabine Darmanin, Anthea Cutajar, Rachel Mifsud, Luke Fenech, Luke Bonello u Conrad Puli tilfu l-partiti rispettivi tagħhom.

L-unika konsolazzjoni għal dawn iż-żgħażagħ Maltin hi li ħadu esperjenza notevoli tul dan il-Kampjonat apparti kamp ta’ taħriġ li sar ftit tal-jiem qabel fil-Ġermanja.

L-iskwadra Maltija kienet immexxija mill-kowċis Viktoria Luchenkova u Peter Borg Cardona.