Futbol Sport

Tazza tad-Dinja tan-Nisa: Faċli għal Spanja kontra l-Costa Rica

Grupp C:

SPANJA…………..3

COSTA RICA…….0

Bi tliet gowls fl-ewwel taqsima, Spanja għelbu faċilment lil Costa Rica 3-0 bl-iskor seta jkun ferm akbar kieku l-Ispanjoli ħadu l-opportunitajiet kollha li ġewhom fejn anke fallew penalty fl-ewwel taqsima.

Spanja skorjaw darbtejn fi spazju ta’ tliet minuti, l-ewwel fil-21 minuta meta l-kross fil-baxx ta’ Esther Gonzalez kif imxellef minn Valeria del Campo fix-xbka tagħha stess biex żewġ minuti wara kienet Aitana Bonmati li minn viċin il-penalty spot b’konklużjoni mill-isbaħ għelbet lil Daniela Vega.

L-Ispanjoli skorjaw it-tielet gowl fis-27 minuta fejn protagonista reġgħet kienet Esther Gonzalez li minn rebound tefgħet wara Vega għal 3-0. Spanja kellhom opportunità li jiskorjaw ir-raba’ gowl qabel tmiem l-ewwel taqsima meta fl-34 minuta ingħataw penalty għal foul fil-kaxxa ta’ Villalobos, iżda l-goalkeeper ta’ Costa Rica Daniela Solera laqgħet il-penalty ta’ Jenifer Hermoso.

Minkejja bumbardament mill-Ispanjoli anke fit-tieni taqsima, l-iskor baqa’ ma nbidilx bit-tim immexxi minn Jorge Vilda jirbaħ 3-0.