Grupp A:
FILIPPINI…………..0
ŻVIZZERA…………..2
Żvizzera kisbu rebħa ta’ 2-0 kontra l-Filippini, f’partita li ddominaw mill-bidu sal-aħħar. Il-Filippini, debuttanti fit-Tazza tad-Dinja, ħasbu li marru minn fuq mal-kwarta logħob iżda l-attakkanta Katrina Guillou kienet f’pożizzjoni irregolari qabel ma’ tefgħet il-ballun wara Gaëlle Thalmann.
L-Iżvizzeri ngħataw penalty fl-aħħar ħinijiet tal-ewwel taqsima meta d-difensur tal-Filippini Jessika Cowart waqqgħet lil Coumba Sow fil-kaxxa bir-referee tal-partita tikkonsulta l-VAR qabel ma saffret il-penalty.
Mill-11-il metru kienet Ramona Bachmann li tefgħet il-ballun naħa u lil McDaniel in-naħa l-oħra.
L-Iżvizzeri rduppjaw fl-64 minuta meta l-ewwel McDaniel wettqet żewġ saves mill-isbaħ fuq xuttijiet ta’ Crnogorčević u Sow iżda ma stgħet tagħmel xejn fit-tielet tentattiv mill-viċin ta’ Seraina Piubel li ssiġillat ir-rebħa u tliet punti għall-Iżvizzera.
//= $special ?>