L-Inkjesta Maġisterjali b’rabta mal-mewt taż-żagħżugħ Jean Paul Sofia hija magħluqa u għaldaqstant issa wieħed jistenna li l-Kummissarju Angelo Gafà, wara seba xhur u nofs sa fl-aħħar jibda l-arresti b’rabta ma’ dan il-każ li ħalla lil dan il-ġuvni taħt 4 sulari konkos lura f’Diċembru li għadda.
Erbat ijiem biss wara li l-Prim Minsitru Robert Abela laqqa’ lill-ġurnalisti f’Kastilja t-Tnejn ftit tal-minuti biss qabel eluf ta’ Maltin u Għawdxin ħonqu l-pjazza quddiem l-uffiċju tiegħu, il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia għalqet din l-inkjesta….b’allegazzjonjijiet insistenti jisħqu li din l-inkjesta diġà kienet magħluqa meta saħansitra Abela indirizza lill-poplu dakinhar filgħaxija.
U wara li matul il-ġimgħa l-oħra Abela u t-tim tiegħu vvotaw bil-qalb kontra l-inkjesta pubblika, bl-omm tibki huma u ħerġin mill-Parlament mingħajr lanqas biss lisnlulha kelma – il-Gvern, fortunatament, dar favur l-inkjesta pubblika…għalkemm mhux kulħadd qabel – inkluż il-Prim Ministru nnifsu.
Wara attakk wara l-ieħor, partikolarment matul il-jum tat-Tnejn, f’dak li ġie deskritt f’assassinju tal-karattru tal-Maġistrat Farrugia – il-Prim Ministru laqqa lil media fit-taraġ tal-bitħa ta’ Kastilja fejn infurmahom li l-Inkjesta Maġisterjali hija magħluqa….erbat ijiem biss wara li qal li l-Maġistrat tawlet iż-żmien stipulat.
Matul il-famuża konferenza tat-Tnejn filgħaxija Robert Abela saħaq li kien ġie infurmat bl-allegat estensjoni tal-Maġistrat….mistoqsi minn Net News min infurmah b’dan kollu huwa falla milli jgħidilna min – daqshekk ukoll li ċaħad milli jagħti apoloġija lill-Maġistrat Marse-ann Farrugia.
Dan hekk kif qed jiġi allegat li kienet l-istess Avukat Ġenerali li infurmatu, bi ksur ċar tal-etika.
Net News insista dwar jekk hux se jagħmel apoloġija lil Maġistrat b’Abela jisħaq li hu mexxa l-vuċi tal-poplu…minkejja li kien ilu 7 xhur jinjora l-appelli għal inkjesta Maġisterjali.
Dan filwaqt li erbat ijiem ilu qal li se jippubblika r-rapport tal-Inkjesta Maġisterjali…biex issa qed ifarfarha fuq l-Avuakt Ġenerali.
B’rabta mal-Inkjesta Pubblika li ħabbar, huwa ammetta li lanqas it-termini ta’ referenza għadhom m’huma lesti…turija tal-istat ta’ paniku li kien fih matul il-jum tat-Tnejn.
Intant Net News għal darb’oħra saqsa lil Prim Ministru min infurmah u għalfejn qed jaħbi ismu…b’Abela jibqa’ ma jweġibx.
//= $special ?>