Igor Girkin, eks-uffiċjal tal-inteliġenza Russa u blogger ewlieni tal-militar nazzjonalista ġie arrestat fir-Russja.
Minkejja li Girkin huwa favur il-gwerra, ta’ spiss kien kritiku tal-Ministru ta’ difiża Russu, fejn saħansitra fl-aħħar jiem kritika direttament lil Vladimir Putin u t-tmexxijas tiegħu. Kien proprju għalhekk li ġie arrestat fuq bażi ta’ ‘estremiżmu’.
L-intelliġenza tar-Renju Unit qed tgħid li dan l-arrest jaf iwassal għal rabja fost il-militar kif ukoll fost bloggers oħrajn bħalu, li jqisu lil Igor Girkin bħala analista eċċelenti kif ukoll patrijott Russu. Girkin kellu rwol kruċjali fil-gwerra tar-Russja f’Donbas fl-2014 kif ukoll fil-fruntiera tal-gwerra fix-xhur li għaddew.
Intant ingħalaq b’mod temporanju l-pont bejn il-peniżola tal-Krimea u r-Russja, wara li seħħ attakk bid-drones fuq maħżen tal-munizzjon fil-Krimea skond l-awtoritajiet Russi.
Aktar kmieni Zelensky qal li dan il-pont qed iħeġġeg iżjed il-gwerra milli l-paċi u għalhekk huwa punt ta’ mira militari.
It-Tnejn waqt attakk li sar proprju fuq dan il-pont, inqatlu żewġ persuni b’uffiċjali Ukreni ma jeħdux responsabilta’ ta’ dan l-attakk.
Il-pont reġa’ nfetaħ wara li skond il-Gvernatur Sergei Aksyonov, l-Ukrajna pruvat twettaq attakk bid-drones fuq il-penisola tal-Krimea.
Minn naħa l-oħra il-mewt ta’ ġurnalist Russu, li kien jaħdem mal-aġenzija RIA, viċin il-fruntiera tal-Ukrajna ħoloq rabja kbira.
Skond il-Ministru Russu tad-difiża, Rostislav Zhuravlev inqatel wara li ġew sparati missili mil-ajru filwaqt li kien rappurtati li tlett ġurnalisti oħra ndarbu.
Ir-Russja qed takkuża lill-Ukrajna li f’dan l-attakk użat cluster munitions. Id-deputat Speaker qal li l-użu ta’ dawn il-munizzjonijit kien att irresponsabli minn naħa tal-Ukrajna u l-Istati Uniti tal-Amerka.
//= $special ?>

