Sport Sport Ieħor

It-tim nazzjonali Malti tal-Hockey f’impenn internazzjonali fil-Polonja

It-tim nazzjonali Malti tal-hockey immexxi mill-kowċ nazzjonali Chris Attard ħalla Malta għall-Polonja sabiex jieħu sehem fit-tielet diviżjoni tal-Euro Hockey Championship li se jsir fil-belt Pollakka ta’ Skierniewice bejn l-24 u d-29 ta’ Lulju.

F’din il-kompetizzjoni Malta telgħet biex tilgħab f’Pool A flimkien ma’ Ġibiltà, il-Kroazja, il-Litwanja, is-Serbja u l-Polonja.

It-tim Malti għal dawn l-aħħar xhur kienu ilu għaddej b’diversi sessjonijiet ta’ taħriġ intensivi fil-Kumpless tal-Hockey f’Kordin immexxija mill-kowċ Chris Attard.

L-għan ewlieni sabiex il-partiċipazzjoni ta’ Malta f’ dan it-tournament tkun waħda pożittiva. It-tim Nazzjonali Malti jiftaħ l-impenji tiegħu kontra Ġibiltà.

L-iskwadra magħżula minn Attard hi din:

Goalkeepers: Marvin Grixti, Aaron Spiteri
Difensuri: Joseph Cuschieri (captain), Luke Borg Costanzi, Lucas Plaehn, Luke Brincat, Leon Gatt, Charlo Sammut, Christian Sammut.
Midfielders: Thomas Degiovanni, Zachary Degiovanni, Silas Plaehn, Karl Chircop, Keith Calleja, Luke Bajada
Attakkanti: Chris Agius, Anton Saliba, Julian Zahra.

l-Maltin jidħlu fl-azzjoni nhar it-Tnejn bl-ewwel logħba kontra l-Ġibilta’.