Lokali

Iweġġa’ gravi wara inċident bejn karozza u mutur fit-Telgħa tas-Saqqajja

Raġel ta’ 63 sena residenti s-Swieqi weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident bejn karozza u mutur fl-Imdina.

L-inċident seħħ il-Ġimgħa waranofsinhar għall-ħabta tas-1:30 fit-Telgħa tas-Saqqajja.

Il-Pulizija marret fil-post u mil-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn mara ta’ 30 sena residenti l-Mellieħa u mutur misjuq mir-raġel.

Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.