Lokali

Iweġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel f’ħajt

Raġel ta’ 34 sena residenti Santa Venera weġġa’ gravi wara li baqa’ dieħel f’ħajt.

L-inċident seħħ kmieni is-Sibt filgħodu għall-ħabta tal-12:15 fi Triq Burmarrad, il-Mosta.

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li għal xi raġuni r-raġel tilef il-kontroll tal-karozza li kien qiegħed isuq bil-konsegwenza li baqa’ dieħel f’ħajt.

Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti fejn ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.