Sport Waterpolo

Kampjonat tas-Sajf: Jirbħu t-timijiet li kienu mistennija

Stewart Said

SAN ĠILJAN JP PROJECTS….. 17

SIRENS…………………………………… 11

(4-3), (6-1), (3-2), (4-5)

San Ġiljan għadhom b’rekord perfett f’dan is-sajf. Sat-tieni sessjoni kienu diġà aċċertaw minn tliet punti oħra li komplew jikkonsolidawlhom l-ewwel post. Sirens offrew ftit reżistenza sakemm kienu qrib l-avversarji.

Ironikament Sirens kellhom il-vantaġġ darbtejn fil-bidu tal-logħba u kellu jkun Aaron Younger li biż-żewġ gowls tiegħu rebħu s-sessjoni 4-3. Wara li Gianni Farrugia wieġeb għal Younger biex żamm id-distakk minimu, San Ġiljan għollew il-livell. B’ħames gowls konsekuttivi fosthom tnejn ta’ Ben Plumpton, kabbru l-vantaġġ għal 10-4.

Id-distakk fit-tielet sessjoni saħansitra kiber għal 13-4 sakemm San Ġiljan naqqsu l-livell u ppermettew lil Sirens biex jagħmlu r-riżultat rispettabbli. Huma skorjaw erba’ gowls konsekuttivi bejn it-tielet u l-aħħar sessjoni, b’ Nicholas Bugelli u Nikolai Zammit wieġbu għal San Ġiljan. L-istess ġara ftit wara bi tliet gowls oħra ta’ Sirens sakemm iż-żgħażagħ Jake Bonavia u Russell Caruana ssiġillaw ir-rebħa.

San Ġiljan: J. Tanti, N. Bugelli (2), A. Galea (1), B. Plumpton (2), M. Jokovic (3), M. Zammit, J. Bonavia (1), A. Younger (5), J. Abela, N. Zammit (2), D. Zammit, R. Caruana (1), G. Borg, G. Bonavia, N. Bonavia

Sirens: T. Micallef, P. Serracino, K. Erdogan, P. Figlioli (2), J. Zerafa Gregory (1), G. Farrugia (1), M. Chircop, G. Melillo, M. Cutajar, M. Pasztor (2), M. Sciberras, M. Azzopardi (2), M. Bonello Dupuis, J. Cachia (3), G. Sammut

Referees: Stefano Pinato, Alex de Raffaele

NEPTUNES VIDEOSLOTS….. 25

VALLETTA IZIBET………………. 8

(9-0), (9-1), (2-3), (5-4)

Neptunes Videoslots żvugaw il-frustrazzjoni tat-telfa kontra Sliema tlett ijiem ilu hekk kif iddominaw kontra Valletta Izibet. Għalkemm Neptunes għamlu l-parti tagħhom fil-logħba, kien mistenni iktar minn Valletta fl-ewwel parti tal-logħba hekk kif ma kinux kompatti u aggressivi biżżejjed.

Neptunes skorjaw xejn anqas minn disa’ gowls fl-ewwel sessjoni b’Stevie Camilleri u Filip Filipovic skorjaw doppjetta kull wieħed. Il-gowls komplew jaslu għal Neptunes fit-tieni sessjoni u l-iskor sar 13-0 sakemm Ivan Nagaev skorja l-ewwel gowl ta’ Valletta f’nofs is-sessjoni.

It-tim ta’ Dorian Pisani beda t-tielet sessjoni 18-1. Awtomatikament il-livell tal-prestazzjoni naqas, b’Valletta bdew jistejqru ftit wara li ġew dominati fis-sessjonijiet preċedenti. Jekk wieħed isejħilha konsolazzjoni, Valletta rnexxielhom jirbħu t-tielet sessjoni u sa nofs l-aħħar sessjoni naqqsu d-distakk għal 22-7. Neptunes xorta skorjaw darbtejn oħra, b’Nagaev jiskorja l-ħames gowl personali fl-aħħar minuta.

Neptunes: A. Borg Cole, J. Muscat (3), S. Gialanze (4), G. Pace (1), M. Castillo, J. Bajada (1), S. Camilleri (5), J. Camilleri (2), A. Ivovic (3), F. Filipovic (2), A. Fenech (2), E. Mallia (1), M. Rossi, D. Bugeja, A. Fava (1)

Valletta: B. Busuttil, J. Spiteri Staines, D. Rizzo (1), J. Cassar (1), S. Busuttil, A. Vlahovic (1), D. Paolella, I. Nagaev (5), S. Micallef, A. Agius, K. Borg, K. Cremona, A. Theuma, M. Demarco, J. Chircop

Referees: Alessandro Roberty, Ronnie Spiteri

BIRŻEBBUĠA FREEPORT…. 27

OTTERS NIVEA…………………… 7

(6-2), (8-2), (6-0), (7-3)

Birżebbuġa Freeport ma sabux diffikultà biex għelbu lil Otters Nivea u reġgħu telgħu waħedhom fil-quċċata tal-Ewwel Diviżjoni. Konfront bla storja li fih tim iddomina l-ħin kollu, b’Otters jippruvaw jillimitaw id-danni.

Kien biss meta Marko Jelaca wieġeb lil Keith Tanti li Birżebbuġa ma kinux fil-vantaġġ. Minn dak il-ħin, ħadu vantaġġ ta’ 5-1 u 6-2 fl-ewwel sessjoni. Birżebbuġa komplew jikkonsolidaw il-vantaġġ u aċċertaw mir-rebħa fit-tieni sessjoni stess, b’ħames gowls konsekuttivi u li kabbru d-distakk għal 14-4.

Il-logħba li diġà ma kinitx laħqet livell eċċezzjonali, kompliet tnaqqas fl-intensità, bil-kowċ ta’ Birżebbuġa Pierre Borg saħansitra serraħ lil Balasz Erdelyi wara li skorja tnejn oħra fit-tielet sessjoni. Reazzjoni ċkejkna ta’ Otters fl-aħħar sessjoni sakemm Birżebbuġa skorjaw erbgħa oħra mingħajr risposta u rebħu b’distakk ta’ 20 gowl.

Birżebbuġa: M. Sladden, P. Borg (3), N. Cassar, B. Grech (3), D. Brguljan (3), M. Manara, S. Bezzina (1), D. Cutajar (2), B. Erdelyi (6), K. Tanti (2), G. Mannino, M. Curmi (2), C.D. Borg, J. Sciberras (4), D. Farrugia (1)

Otters: M. Xerri, K. Saliba, D. Dimech, M. Meli, M. Jelaca (1), I. Azzopardi, S. Dimech (1), L. Dimech (1), J. Saric (2), M. Farrugia (1), A. Dimech (1), G. Gatt Ellis, K. Micallef, A. Bianchi

Referees: Alessandro Roberty, Neville Mercieca