Sport Sport Ieħor

Tadej Pogacar jirbaħ l-20 stadju tat-Tour de France

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ UAE Team Emirates Tadej Pogacar rebaħ l-20 stadju tat-Tour De France bejn Belfort u Le Markstein Fellering, hekk kif ħasad il-favorit ta’ din it-tellieqa Jonas Vingegaard u reġgħa fetaħ it-tiġrija għat-titlu permezz ta’ dan ir-riżultat.

Vingeggard għandu vantaġġ ta’ 7 minuti u 35 sekonda għat-tellieqa t’għada lejn Pariġi, bis-sewwieq Sloven isegwiħ fit-tieni post.

Fit-tielet post fil-klassifika globali jinsab Adam Yates, filwaqt li fir-raba’ post jinsab ħuħ Simon Yates.

Fl-20 stadju, Felix Gall ta’ AG2R-Citroen Cycling Team temm fit-tieni post, segwit minn Jonas Vingegaarf ta’ Jumbo Visma temm fit-tielet post.

Simili għall-klassifika globali, l-aħwa Yates ukoll temmew wara xulxin f’dan l-istadju, b’Adam għal UAE Team Emirates jispiċċa fir-raba’ post filwaqt li Simon fil-ħames post għal Team Jayco-AlUla.