Grupp C:
ŻAMBJA…….0
ĠAPPUN……5
Il-Ġappun, bħal Spanja ħadu tliet punti fl-ewwel logħba ta’ Grupp C meta faċilment għelbu liż-Żambja 5-0.
Minkejja li kienet evidenti s-superjorità mit-tim Ġappuniż, huma kellhom jistennew sat-43 minuta biex fetħu l-iskor meta l-kross preċiż ta’ Aoba Fujino sab lil Hinata Miyazawa li b’xutt mill-ewwel tefgħet wara Musonda.
L-istorja fit-tieni taqsima kienet differenti hekk kif wara biss 10 minuti l-Ġappun għamluhom tnejn meta din id-darba kienet Mina Tanaka li kompliet ġewwa l-kross ta’ Jun Endo. Tanaka reġgħet kienet protagonista fit-tielet gowl li wasal fit-62 minuta meta l-pass tagħha sab lil Miyazawa li għaqdet dopjetta personali u 3-0 għall-Ġappun.
Fil-71 minuta wasal ir-raba’ gowl għall-Ġappuniżi. Kienet azzjoni mibdija minn Hasegawa li qassmet lejn Endo, b’din tal-aħħar tavvanza mingħajr wisq pressjoni u bil-kalma kollha tefgħet fix-xibka. Il-Ġappun ma kienux kuntenti b’4-0 u 11-il minuta fuq il-ħin regolamentari skorjaw il-ħames gowl minn penalty wara li l-goalkeeper Musonda waqgħet lis-sostituta Riko Ueki fil-kaxxa, bir-referee tordna l-penalty u tkeċċi lill-goalkeeper taż-Żambja wara li urieta t-tieni karta safra. Mill-11-il metru l-istess Ueki ma żbaljatx biex issiġillat ir-rebħa għall-Ġappun.
//= $special ?>