Grupp D:
INGILTERRA…………1
HAITI……………………0
Iċ-champions Ewropej l-Ingilterra, fl-ewwel logħba tagħhom f’din it-Tazza tad-Dinja, minkejja dominju fil-pussess tal-ballun, kellhom jitħabtu biex rebħu bl-iskor minimu ta’ 1-0 kontra l-Haiti.
Il-Haiti kellhom l-ewwel ċans perikoluż meta l-pass preċiż ta’ Dumonay sab lil Borgella li ħarbet lid-difiża iżda malli ġiet wiċċ imb wiċċ mal-goalkeeper ta’ Manchester United Earps, tefgħet inkredibilment barra.
Il-gowl li ta’ tliet punti lil-Lionesses wasal minn penalty fid-29 minuta wara li konsultazzjoni mal-VAR ikkonfermat li Batcheba Louis misset il-ballun b’idha fil-kaxxa. L-ewwel tentattiv ta’ Goergia Stanway kien milqugħ minn Theus iżda r-referee ordnat li jerġa jingħata l-penalty wara li l-goalkeeper ta’ Haiti iċċaqalqet minn fuq il-linja qabel ix-xutt. Fit-tieni tentattiv il-midfielder ta’ Bayern Munich ma żbaljatx biex bil-gowl tagħha l-Ingilterra bdew din l-avventura b’rebħa kontra l-Haiti.