Il-qawwiet tar-Russja, fl-aħħar sigħat, sparaw baraxx ieħor ta’ missili lejn il-belt Ukrena ta’ Odesa….Attakk li ħalla l-ħsarat sostanzjali fil-Katidral storiku tal-Knisja Ortodossa dedikat lit-Trasfigurazzjoni u li l-UNESCO iddikjaratu bħala parti mill-patrimonju dinji.
Il-bini inkwistjoni hi l-akbar knisja għall-Ortodossi f’Odesa u li kienet ikkonsagrata fl-1809. L-istess katidral għandu sinifikat kbir storiku wara li kien twaqqa’ fl-1939 mill-awtoritajiet komunisti tal-eks Unjoni Sovjetika qabel reġa’ inbena ħafna snin wara – eżattament fl-2003.
L-attakk fuq Odesa ħalla wkoll numru ta’ mejtin u midruba, inklużi tfal.
Dan meta l-qawwiet Russi ilhom iwettqu l-attakki fuq din il-belt tal-port Ukrena mindu r-Russja rtirat mill-ftehim li kien jippermetti l-esportazzjoni tal-qmuħ mill-Ukrajna lejn il-pajjiżi ‘il hinn mir-reġjun. L-aħħar missili sparati lejn Odesa anki qerdu xi kumplessi residenzjali, inklużi blokok tal-appartamenti.
//= $special ?>