Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu għadda minn kirurġija urġenti fejn ingħata pacemaker tal-qalb – u bit-tobba fiċ-Ċentru Mediku ta’ Sheba isostnu li din il-proċedura marret tajjeb u li Netanyahu ma jinstabx f’kundizzjoni li tista’ tirriżultalu fatali.
Il-proċedura kellha ssir qabel vot kruċjali fil-Parlament Iżraeljan li jitratta t-taqlib riċenti fil-Ġudikatura – u wara li Iżrael ra l-protesti popolari kbar mingħand in-nies li ma jridux ir-riformi appoġġjati minn Netanyahu u l-alleati politiċi tiegħu.
Ħafna ħaddiema Iżraeljani qed jheddu li joħorġu bi strajk f’każ li jgħaddi l-abbozz ta’ liġi kontroversjali fir-rigward tal-ġudikatura.
Qabel l-intervent kirurġiku kien hemm spekulazzjoni sostanzjali dwar il-kundizzjoni fiżika ta’ Netanyahu iżda fl-aħħar sigħat, is-sorsi infurmati qalu li l-intervent seħħ mingħajr problemi fost stennija li l-Prim Ministru kien se joħroġ mill-isptar minn ħin għall-ieħor. Madankollu, iż-żjarat ippjanati għal Netanyahu f’Ċipru u t-Turkija spiċċaw posposti għal dati oħrajn li baqgħu ma tħabbrux.
//= $special ?>