Formula 1 Sport

Max Verstappen jerġa jirbaħ, Red Bull b’rekord ta’ 12-il rebħa konsekuttiva

(Ritratt: EPA)

Max Verstappen reġa għal darb’oħra rebaħ Grand Prix ieħor dan l-istaġun, din id-darba tal-Ungerija. L-Olandiż rebaħ id-disa’ Grand Prix tiegħu dan l-istaġun fejn kien ukoll it-tnax-il wieħed konsekuttiv għal Red Bull.

Dan ir-rekord kien miżmum minn McLaren fl-1988. Fit-tieni post temm Lando Norris filwaqt li Sergio Perez temm fit-tielet post. Lewis Hamilton li beda minn quddiem nett temm biss fir-raba’ post.

Fil-ħames post daħal Oscar Piastri filwaqt li George Russell temm fis-sitt post. Charles Leclerc u Carlos Sainz ta’ Ferrari temmew fis-seba’ u t-tmien post rispettivament, b’Fernando Alonso u Lance Stroll itemmu fid-disa’ u l-għaxar post.