Grupp G:
ŻVEZJA……………………..2
AFRIKA T’ISFEL………….1
Żvezja kisbu tliet punti fl-ewwel logħba tal-grupp meta b’żewġ gowls fit-tieni taqsima dawru telfa f’rebħa kontra l-Afrika t’Isfel, bil-gowl li ddeċieda l-partita jasal fid-90 minuta mill-plejer ta’ PSG Amana Ilestedt.
Ta’ minn jinnota li din kienet l-ewwel logħba s’issa li fiha skorjaw iż-żewġ timijiet.
Bl-ewwel taqsima tispiċċa fi draw ta’ mingħajr gowls, l-Afrikani marru fil-vantaġġ fit-48 minuta minn azzjoni ta’ Thembi Kgatlana li daħlet fil-kaxxa avversarja u prova tentattiv lejn il-lasti, bil-goalkeeper Musovic ma taħtafx ix-xutt, bil-ballun jaqa’ f’saqajn Hildah Magaia li kompliet għal ġewwa.
Risposta mill-Iżvezja fil-65 minuta, kross mix-xellug ta’ Kaneryd li sab lil Rolfo li b’xutt mill-ewwel ħasdet lil Swart u ġabet l-iskor indaqs.
Bil-partita li dehret se tispiċċa fi draw ta’ 1-1, l-Iżvediżi kellhom pjanijiet oħra hekk kif minn korner mogħti minn Kosovare Aslani, kienet Amana Ilestedt li għoliet tajjeb fuq kullħadd u b’daqqa ta’ ras preċiża tefgħet fix-xibka dak li kien il-gowl tar-rebħa għall-Iżvezja.
//= $special ?>