Grupp E:
OLANDA…………1
PORTUGALL…..0
Gowl fl-ewwel taqsima tal-plejer ta’ Inter Stephanie van der Gragt kien biżżejjed biex l-Olanda, mmexxija minn Andries Jonker, jingħaqdu mal-Istati Uniti bi tliet punti fi Grupp E. L-Olandiżi kellhom imorru għal din it-Tazza tad-Dinja mingħajr l-aqwa skorer ta’ kull żmien tagħhom Vivianne Miedama li weġgħet f’Diċembru li għadda waqt l-impenji mal-klabb tagħha Arsenal u kellha tiġi operata fejn tilfet il-kumplament tal-istaġun.
Il-Portugall minn naħa tagħhom qed jiddebuttaw fit-Tazza tad-Dinja hekk kif huma qatt ma kienu kkwalifikaw qabel f’dan l-akbar avveniment tal-futbol mondjali.
Il-gowl tar-rebħa wasal fit-13-il minuta meta minn korner ta’ Sherida Spiste kienet Stephanie van der Gragt li bir-ras għelbet lil Ines Pereira. Inizjlament il-gowl kien imħassar għal foul mir-referee Kateryna Monzul, iżda wara li rat il-monitor tal-VAR, ikkonvalidat il-gowl, bl-Oranje jirnexxielhom iżommu dan il-vantaġġ sat-tmiem biex ħadu tliet punti fl-ewwel ħarġa tagħhom fi Grupp E, li jikkonsisti wkoll miċ-champions mondjali l-Istati Uniti u l-Vietnam.
//= $special ?>