Grupp F:
FRANZA………0
ĠAMAJKA…..0
Minkejja li Franza kellhom aktar minn dak li hu pusses tal-ballun, Il-Ġamajka taw oppożizzjoni serja lit-tim immexxi mill-eks kowċ tal-Arabja Sawdija Herve Renard, biex kisbu punt storiku, l-ewwel wieħed fl-istorja f’Tazza tad-Dinja għalihom.
Il-Franċiżi kellhom l-aktar mil-logħob offensiv iżda d-difiża tar-Reggae Girlz kienet attenta u ma tat l-ebda spazju lill-Franċiżi jkunu perikolużi serjament.
Fit-tieni minuta minn sebgħa ta’ ħin miżjud, Il-Ġamajka spiċċaw jilagħbu b’għaxra meta l-plejer ta’ Manchester City Khadija Shaw ingħatat it-tieni karta safra għal foul fuq Wndie Renard, madankollu l-Franċiżi xorta waħda ma rnexxielhomx isibu x-xibka sat-tisfira finali biż-żewġ timijiet jieħdu punt kull wieħed.
//= $special ?>