Lokali

Żewġt irġiel isofru ġrieħi gravi f’inċident li seħħ ix-Xewkija

Ilbieraħ għall-ħabta tas-6pm, żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li weġġgħu gravi f’inċident tat-traffiku fi Triq ix-Xagħra, ix-Xewkija.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 38 sena residenti l-Għasri u karozza oħra misjuqa minn raġel ta’ 20 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex.

Iż-żewġt xufiera ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħedu l-isptar b’ambulanza fejn aktar tard ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.