Lokali

Attivita’ bl-għan li tgħin u tisma lit-tfal u l-familji

Il-Ġimgħa li għaddiet il-Kumitat dwar it-Trobbija Posittiva u t-Tisħiħ tal-Familja organizzat attività
b’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal bil-għan li tismà lit-tfal u l-familji.
Din l-attività ikkrejat pjattaforma għat-tfal u l-familji sabiex ikunu jistgħu jaqsmu esperjenzi u idejat
dwar it-trobbija tat-tfal u sabiex jiġu identifikati l-bżonnijiet u l-isfidi li jiġu ffaċċjati. Id-diskussjonijiet
iffukaw fuq kif it-tfal għandhom jaffrontaw bl-aħjar mod il-peer pressure.

Din l-attività, li saret ġewwa l-Esplora, iċ-Ċentru tax-Xjenza Interattiva, laqqat flimkien tfal bejn l-
etajiet ta’ 10 u 13-Il sena kif ukoll il-ġenituri tagħhom/min jieħu ħsiebhom. Ġew imħejjija attivitajiet ta’ team building kemm għat-tfal u l-adulti sabiex jaħdmu flimkien, kif ukoll diskussjonijiet fejn l-
istess tfal u adulti kellhom iċ-ċans li jesprimu ruħhom b’mod separat.

Id-diskussjonjiet tmexxew mill-Prof. Angela Abela u mis-Sinjura Suzanne Garcia Imbernon mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal.

L-idejat u l-esperjenzi tal-parteċipanti se jiġu ppreżentati lill-Kummissarju għat-Tfal u lill-membri tal-
Kumitat dwar it-Trobbija Posittiva u t-Tisħiħ tal-Familja. Din l-informazzjoni ser tintuża sabiex tiffaċilita x-xogħol tagħhom u b’hekk jinħolqu mezzi sabiex it-tfal u l-familji jkun jistgħu jiġu mgħejuna aħjar.