“Din hija kriżi li qed taffettwa lil kulħadd b’mod speċjali lin-negozji; u dan kollu juri n-nuqqas ta’ investiment fis-settur tal-enerġija. Il-pajjiż jeħtieġ soluzzjonijiet permanenti.”
Dan sostnieh id-Direttur Ġenerali tal-MEA Joe Farrugia wara li diversi lokalitajiet esperjenzaw qtugħ tad-dawl għal sigħat twal – b’effett dirett fuq numru kbir ta’ negozji.
F’kummenti lil Net News Joe Farrugia qal li din il-kriżi – li qed tiswa lill-pajjiżna miljuni ta’ ewro – qed tħalli impatt fuq kulħadd, u turi biċ-ċar in-nuqqas ta’ investiment fis-settur tal-enerġija.
Huwa qal li dan il-qtugħ tad-dawl għal sigħat twal affettwa b’mod qawwi lin-negozji, filwaqt li t-turisti li jiġu għal btala f’pajjiżna mhux qed ikollhom kummenti pożittivi dwar dak li jesperjenzaw.
Joe Farrugia saħaq fuq l-importanza li jkun hawn strateġija u pjan fit-tul għas-settur tal-enerġija.
Huwa sostna li għadna mhux qed nirealizzaw il-gravita’ tal-problemi li hemm fl-infrastruttura. Filwaqt illi insista li dan kollu qed ifisser detriment fuq il-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin.
Din il-kriżi tal-enerġija issa ilha għaddejja aktar minn ġimgħa, u apparti diversi fabbriki, ħwienet u negozji f’oqsma varji….affetwat ukoll lir-ristornati. Tant li ħafna minnhom kellhom bilfors jagħlqu għax sabu ruħhom bla dawl kaġun tal-qtugħ frekwenti.
//= $special ?>