Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’nirien li seħħew f’residenza li tinsab fi Triq il-Friefet l-Imqabba.
Jidher li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.15pm, fejn mill-ewwel stħarriġ li sar jindika li n-nirien bdew minn meter tad-dawl li jinsab f’din ir-residenza.
Immedjatament fuq il-post waslu l-Pulizija kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw dawn in-nirien, li fiflatt kienu kontrollati f’qasir żmien.
//= $special ?>